Matul il-ħames jum tal-konferenzi tal-COP26, iktar minn 40 pajjiż qablu li ma jibqgħux jużaw il-faħam bil-għan li jipproteġu l-klima globali, iżda wħud mill-iktar pajjiżi li jipproduċu u jużaw il-faħam… ma ffirmawx dan il-qbil. Fost dawn il-pajjiżi hemm iċ-Ċina, l-Indja, l-Awstralja u l-Istati Uniti.
Għal dawk li l-pajjiżi li ffirmaw dwar il-faħam, kien hemm qbil dwar il-pass il quddiem – fost l-oħrajn, illi dawk li għandhom ekonomija f’saħħitha jridu jaqtgħu l-użu tal-faħam sal-aħħar tal-2030 filwaqt li l-pajjiżi foqra għandhom jilħqu din il-mira qabel tibda s-sena 2050.
Kien hemm anke numru ta’ organizzazzjonijiet ingħaqdu f’dan il-ftehim b’wegħda li jaqtgħu kull kuntatt mal-industrija tal-faħam.
Il-faħam hu wieħed mill-ikbar sfidi li qed jaffetwaw it-tibdil fil-klima globali u hu għalhekk li qed jingħata importanza f’dawn il-laqgħat li qed isiru fi Glasgow… laqgħat li qed isiru fl-għeqqel tal-kriżi globali tal-enerġija, fejn il-prezzijiet tal-gass qed jogħlew.
F’Malta, il-faħam ilu snin twal li inqata’ fil-ġenerazzjoni tal-enerġija – deċiżjoni meħuda mill-PN fis-snin disgħin, meta l-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Adami kien viżjonarju f’dan ir-rigward.
//= $special ?>