Internazzjonali

Raġel ta’ 36 sena akkużat li ħataf tifla ta’ 4 snin minn campsite

Il-Ħamis filgħodu, Terence Darrell Kelly ta’ 36 sena ġie akkużat b’diversi reati fosthom li ħataf tifla ta’ 4 snin bil-forza.

L-investigaturi innutaw kif għalkemm m’għandux tfal, l-akkużat deher jixtri n-nappies diversi drabi. Huwa ġie arrestat l-Erbgħa filgħaxija iżda kellu jittieħed l-isptar sabiex jingħata l-kura għal ġrieħi li kkaġuna hu stess fuqu innifsu waqt li kien arrestat, fejn għal ħin twil ħabbat rasu mal-ħajt taċ-ċella li kien jinsab fiha.

Cleo Smith hija it-tifla ta’ erba’ snin instabet fi proprjetà f’Carnarvon fl-Australia.. żewġ mili l’bogħod mid-dar tal-familja tagħha. Dan wara li madwar ġimghatejn ilu, għebet f’nofs ta’ lejl minn Campsite waqt li l-familja tagħha kienu qegħdin jikkampjaw.

Cameron Blaine li huwa wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija li sabu lil Cleo saħaq li għalkemm għaddiet minn trauma, skanta kif it-tifla xorta kienet tidher daqstant ferħana. Speċjalista fit-tfal stqarr ukoll li għalkemm jinsab ċert li din l-esperjenza bla dubju se tħalli impatt fuq it-tifla, Smith qed iġġib ruħha b’mod pjuttost naturali għal tifla ta’ erba’ snin.