Napoli rkurpraw minn gowl minn taħt biex għelbu lil Legia Warsaw bl-iskor ta’ 4-1. Legia Warsaw fetħu l-iskor fl-10 minuta meta kien Mahir Emreli li sab ix-xibka għal 1-0. Napoli kellhom jistennew sal-51 minuta biex kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ penalty mogħti minn Piotr Zielinski. Minn hemmhekk Napoli ħadu l-kontroll tal-partita u fil-75 minuta rdoppjaw, meta din id-darba kien Dries Mertens li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 2-1. Erba’ minuti wara Napoli skorjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn pass ta’ Andrea Petagna, kien Hirving Lozano li kkonkluda fix-xibka. Biex fid-90 minuta kien Adam Ounas li skorjaw r-raba’ gowl ta’ Napoli għal skor finali ta’ 4-1.
Fl-ewwel logħba ta’ Antonio Conte Tottenham kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Vitesse. Tottenham marru fil-vantaġġ fil-15-il minuta permezz ta’ Heung Min Son biex seba’ minuti wara rdoppjaw permezz ta’ Lucas Moura. Huma skorjaw it-tielet gowl fit-28 minuta meta kien Jacob Rasmussen li minn cross ta’ Ben Davies tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 3-0. Minkejja dan erba’ minuti wara, l-istess Jacob Rasmussen naqqas id-distakk għat-tim tiegħu għal 3-1. Vitesse skorjaw it-tieni gowl tagħħhom fid-39 minuta meta minn pass ta’ Yann Gboho kien Matus Bero li kkonkluda fix-xibka għal 3-2.
Wara telfa umiljanti ta’ 6-1 li sofrew Roma fil-partita preċedenti kontra Bodoe/Glimt, it-tim immexxi minn Jose Mourinho temmew fi draw ta’ 2-2. Kienu Bodoe li marru fil-vantaġġ fil-45 minuta meta minn pass ta’ Elias Hagen kien Ola Solbakken li għeleb lil Rui Patricio għal 1-0. Roma kisbu l-gowl tad-draw fl-54 minuta permezz ta’ Stephan El Shaarawy. Iżda Bodoe reġgħu marru fil-vantaġġ fil-65 minuta meta Alfons Sampsted għadda lejn Erik Botheim li kkonkluda fix-xibka għal 2-1. Iżda fl-84 minuta Roma kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Borja Mayoral kien Roger Ibanez li sab ix-xibka għal 2-2.
West Ham temmew fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom għand Genk. Kienu il-Belġjani li marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta meta minn pass ta’ Junya Ito kien Joseph Paintsil li kkonkluda fil-lasta. Madanakollu, West Ham kisbu d-draw fid-59 minuta meta minn pass ta’ Vladimir Coufal, kien Said Benrahma li għamel l-iskor indaqs. West Ham marru fil-vantaġġ fit-82 minuta meta għal darb’oħra reġa’ kien Said Benrahma li kkonkluda fix-xibka. Iżda fl-aħħar minuti Genk kisbu l-gowl tad-draw meta kien Tomas Soucek li tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 2-2.
UEFA EUROPA LEAGUE:
Broendby v Rangers 1-3, Lyon v Sparta Prague 3-0, Monaco v PSV 0-0, R.Sociedad v Strum Graz 1-1, Legia W. v Napoli 1-4, Leicester v Spartak M. 1-1, Olympiacos v E.Frankfurt 1-2, R.Antwerp v Fenerabache 0-3, Galatasaray v Lokomotiv M. 1-1, Marseille v Lazio 2-2, Crvena Z. v Midtjylland 0-1, Braga v Ludogorets 4-2, B.Leverkusen v R.Betis 4-0, Ferencvaros v Celtic 2-3, Genk v West Ham 2-2, D.Zagreb v Rapid Wien 3-1
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Lask v Alashkert 2-0, Maccabi v HJK 3-0, F.Talinn v Anorthosis 2-2, Gent v Partizan B. 1-1, Zorya v CSKA-Sofia 2-0, Roma v Bodoe 2-2, AZ Alkmar v Cluj 2-0, Randers v Jablonec 2-2, Slavia Prague v Maccabi H. 1-0, U.Berlin v Feyenoord 1-2, Lincoln v Slovan B. 1-4, PAOK v Copenhagen 1-2, Rennes v Mura 1-0, Tottenham v Vitesse 3-2
Kairat v Qarabag 1-2, O.Nicosia v Basel 1-1