Dalgħodu numru ta’ ġenituri mħassba għamlu kuntatt ma’ Net News fejn spjegaw li quddiem l-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, huma u jwasslu lit-tfal tagħhom, sabu nixxiegħa. Fi kliemhom din in-nixxiegħa ma kienetx mill-ilma safi nieżel minn fuq l-għoljiet daqslikieku nifdet mill-blat tal-Alpi, imma żbroff tad-drenaġġ…b’dak kollu li wieħed jimmaġina li jġib miegħu.
Persuni li tkellmu magħna saħqu li s-sitwazzjoni li sabu quddiem għajnejhom dalgħodu ma jafux tqabbadhomx id-daħk jew il-biki hekk kif bil-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-pandemija l-iskejjel iridu jżommu t-twieqi miftuħa. U għaldaqstant l-irwejjaħ ipporfumati ċertament mhux se jinżlu tajjeb għal bidu tal-lezzjonijiet ta’ filgħodu.
Huma saħqu li xi ħaġa hemm bżonn isir b’mod immedjat hekk kif din is-sitwazzjoni mhux l-ewwel darba li spiċċaw iħabbtu wiċċhom magħha.
//= $special ?>