Rumen ta’ 35 sena li jaħdem fil-kostruzzjoni u li ġie mixli li dawwar bi profitt għalih b’kemm jiswa’ 950 madum wara li f’Ġunju li għadda kien ftiehem ma’ persuni biex jagħmlilhom xi xogħol relatat ma kellux jitressaq taħt arrest.
Din id-deċiżjoni ngħatat mill-Maġistrat Charmaine Galea wara li l-Avukat tal-Għajnuna Legali Mark Mifsud Cutajar f’isem Dumitru Emilian Vlasceanu, residenti l-Mellieħa qal li dan il-każ imur lura sa Ottubru li għadda meta sar ir-rapport lill-Pulizija, bl-akkużat isiefer u jiġi lura mingħajr problemi.
L-Avukat qal li għaliex ġie deċiż li jitressaq issa taħt arrest u mhux f’Ottubru u għaldaqstant huwa qatt ma kellu jitressaq b’dan il-mod. Il-Qorti qablet u qalet li l-każ għandu jaqa’ f’ħoġor fil-kawżi tad-Distrett, ta’ Ħal Qormi fejn allegarament inxtara l-madum.
L-Avukat Mifsud Cutajar qal li l-akkużat huwa persuna affidabbli u huwa reġistrat Malta anke bin-numru tal-VAT. L-Ispettur Ryan Vella qal li huwa ta ċans biex l-affarijiet jitranġaw ċivilment, xi ħaġa li ma ġratx. Tenna skont tal-madum hemm riċevuta li dan inxtara, imma l-akkużat qed jiċħad dan kollu.
Ħareġ ukoll li koppja li talbet lill-akkużat biex jagħmilha x-xogħol fi blokk ta’ appartamenti fil-Mellieħa kienet tagħtu l-flus. Qal li din bdiet tibża’ li dan seta’ użahom f’xi appartament ieħor jew li jaħrab minn Malta. Dawn qalu li huma kienu oriġinarjament ftehmu mal-akkużat biex jagħmilhom ix-xogħol fis-27 ta’ Mejju li għadda. Il-ftehim aħħari kien li kellu jibda x-xogħol f’Settembru.
L-Avukat Mifsud Cutajar qal li l-akkużat seta’ faċilment għażel li ma jersaqx lejn Malta, iżda ġie b’mod volontarju. Vlasceanu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u nħeles mill-arrest.
//= $special ?>