Lokali

Salvati 800 immigrant mill-ibħra Maltin fl-aħħar jiem

Ritratt: Arkivji

Matul il-lejl l-għadda, l-għaqdiet mhux governattivi Sea Eye u Mission Lifeline salvaw 400 persuna li kienu bejn sema u ilma fl-ibħra Maltin. Dawn ingħaqdu ma’ madwar 400 immigrant ieħor fuq id-dgħajsa Sea Eye 4 li ġew salvati fil-jiem li għadda.

Id-dgħajsa bit-800 immigrant qed tbaħħar lejn Lampedusa wara li saret talba lill-Gvern Malti biex jagħtihom port sigur, iżda ma rċievew l-ebda tweġiba.

Jidher li d-dgħajsa għandha xi ħsara tant li dieħel l-ilma abbord u hu għalhekk li l-vjaġġ lejn Lampedusa hu wieħed perikoluż għal dawk abbord.

Fost l-immigranti hemm kemm irġiel, nisa u minorenni.