Edukazzjoni Lokali

“Inħolqot konfużjoni kbira fis-settur edukattiv”

Għal darb’oħra l-problema hija waħda – in-nuqqas ta’ pjanar fl-edukazzjoni, għad-diffikultajiet li ilhom hemm.

Dan qalu l-editorjal ta’ The Malta Indipendent illi tkellem dwar l-edukazzjoni u kif is-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ għalliema għandha tibda mid-djalogu…u li fuq kollox tal-anqas tisma’ l-isfidi li bħalissa hemm f’dan is-settur. Xi ħaġa li evidentament mhux issir min-naħa tal-Gvern.

L-editorjal ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni preżenti fl-iskejjel, hekk kif fl-aħħar ġimgħa rajna kif il-Gvern approfitta mill-istudent teachers biex jipprova jsolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema….. bil-Ministru tgħid li dan huwa parti mill-kors tat-teaching practice.

L-Independent spjegat kif dawn l-istudent teachers spiċċaw ibiddlu l-pjan li kellhom għax anki biddlulhom l-iskola.

L-editorjal qal li għalkemm il-Minisrtru qalet li ma hemmx problema ta’ nuqqas ta’ għalliema, qisha ma tridx tirrealizza li s-soluzzjoni ta’ nuqqas t’għalliema ġiet fil-verità ‘taparsi’ solvuta … għaliex wara dawn il-ħames ġimgħat, l-istudenti għalliema se jkunu qed jirritornaw lejn l-Università ta’ Malta biex ikomplu l-istudji tagħhom. U allura, il-problema altru milli hi solvuta.

L-edtorjal appella biex il-Ministru biex tisma’ aktar lill-għalliema li suppost tirrapreżenta filwaqt illi qal li din il-konfuzjoni li ħoloq il-Gvern stess, ġabet magħha stess kbir fuq l-istudenti, l-għalliema u anki l-istudenti – inċertezza li kompliet titfa’ dell ikrah fuq il-professjoni tal-għalliema u sservi ta’ detterent biex jonqsu l-istudenti li jfittxu l-vokazzjoni ta’ edukatur. Dan ifisser li din il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema taf tibqa’ magħna għal aktar snin jekk il-Gvern jibqa’ jaħrab milli jindirizza din l-isfida ewlenija f’pajjiżna.