Lokali

Jekk qed tisma’ s-sireni f’Marsaxlokk…tinkwieta xejn

Jekk dalgħodu qed tisma ħafna sireni u karozzi tal-Pulizija u s-CPD lejn l-inħawi ta’ Marsaxlokk, m’għandekx għalfejn tinkwieta. Dan għaliex bħalissa għaddej eżerċizju ta’ taħriġ minn timijiet ta’ emerġenza f’każ li Malta tintlaqat minn tsunami.

Dan l-eżerċizju nazzjonali qed ikun koordinat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fih qed jipparteċipaw ukoll l-istess residenti ta’ Marsaxlokk.