It-tifla tal-anzjana maqtula minn żewġ pitbulls kienet tgid lil bintha li tibża’ minn neputi tagħha. “Kien ħa over u ommi kienet tgħidli li jasal. Saħansitra kien imbuttaha mal-art darbtejn u kienet ukoll spiċċat bla dawl. Iddeċieda li d-dar li kienet propjetà ta’ ommi kienet saret tiegħu. ”
Imbikkma fuq il-pedana tax-xhieda Rosemary Barbara kienet waħda mill-erba’ xhieda li taw id-depożizzjoni tagħhom fil-kumpilazzjoni ta’ Andrè Galea, li jinsab mixli bil-qtil involontarju tan-nanna tiegħu Inez Galea ta’ 94 sena, li mietet bil-ġrieħi li ġarrbet f’Settembru 2020 wara li ġiet attakkata minn żewġ pitbulls tan-neputi tagħha, waqt li kienet id-dar tagħha fl-Imsida.
Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ wkoll ix-xhieda tat-tifla ta’ Rosemary Barbara u ta’ żewġ membri tal-Annimal Welfare li marru fuq il-post permezz ta’ ambullanza dak inhar tal-inċident. Bint il-vittma qalet li fis-7 ta’ Settembru 2020 kienu ċemplu xi ġirien ta’ ommha. Dan kien għall-ħabta tal-4.00pm.
Tenniet li hi u t-tifla tagħha dak inhar kienu għand ommha għall-ħabta tat-3.00pm. imma ma damux għax bintha kienet xogħol ta’ bil-lejl u riedet tistrieħ. Qalet li kienu ħadula panina, u t-tifla tagħha kienet marret tixtrilha l-ħalib għax Inez Galea kellha bżonn.
Imbikkma x-xhud qalet li ommha kienet bilqiegħda kalma fuq-sufan. Kien mara b’saħħitha minkejja li kellha 94 sena. Lanqas kienet tħalli lilha tgħinha, u meta kienet isservi it-te jew kafe kollox fit-tray. Kiener mara b’saħħitha fil-vera sens tal-kelma qalet Rosemary Barbara.
Qalet li kellha kamra b’sufan, kamra tas-sodda, kamra tal-banju u box room u fejn tiekol. Kienet tħalli dejjem il-bieb tal-bitħa imsakkar għax ma kinitx tisptaporti bir-riħa tinten tal-ħmieġ tal-klieb. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li raqdet bil-maktur ma’ ħalqha minħabba riħa tinten.
Kompliet tgħid li ma kienitx tħossha safe. Qalet li kull damu hemm kien xi 20 minuta. Taf ukoll għax kienet qaltilhom il-vittma li ftit qabel ma waslu kienu telqu l-kuġin u neputi. Hija qalet ukoll lill-Qorti kemm għal dik l-età moħħ l-anzjana kien għadu ferm tajjeb.
Rosemary Barbara qalet ukoll li wara li rċevew it-telefonata li kien ġara xi ħaġa lil ommha, reġgħu marru l-Imsida fejn kienet toqgħod. Hemmhekk taw numru ta’ paramediċi, tat-Tifi tan-Nar, Pulizija tal-Protezzjoni Ċivili u magħhom ukoll xi ġirien.
“Għall-ewwel ħsibt li forsi kienert waqgħet u kienu qegħdin jippruvaw jidħlu għax il-bieb imsakkar”, qalet ix-xhud. Hija kompliet tgħid li f’ħin minnhom qalulha li x’aktarx kienet mejta. Għal darba oħra tolfoq u tibki, hija qalet lill-Qorti dwar min jaf kemm il-darba qalet lil ommha biex tmur tgħix magħha, imma ma rieditx, għax riedet tibqa’ tgħix f’darha li kienet xtrat ma’ missierha, fl-1973.
Hija qalet ukoll li minn mindu daħal jgħix magħha Andrè Galea għall-ewwel ommha kienet tgħid -‘jaħsra qed isaqqili l-pjanti,” iżda wara kien spiċċa rema’ kollox u ħa over id-dar u ddeċieda li d-dar issa kienet tiegħu. Kienet anke ssajarlu. Dwar il-kelba chihuahua, li spiċċat maqtula x-xhud qalet li omma kienet tħobba wisq, bl-imħabba tkun reċiproka, f’kelma waħda kienu inseperabbli, qalet ix-xhud.
Wara xehdet it-tifla ta; Rosemary Barbara, Jeanette Barbara li kienet konsistenti ma’ dak li qalet ommha u tenniet li nannietha kienet tħobb ħafna lil Andrè Galea, minkejja li xi mdaqqiet kien itellagħhomla. Hija spjegat ukoll kif wara li marru għand il-vittma, reġgħu spiċċaw hemm minħabba t-traġedja li saret.
L-ewwek xhud fil-kumpilazzjoni kien Saviour Farrugia li jaħdem mal-Animal Welfare. Qal li fis-7 ta’ Settembru 2020, wara nofs inhar kienu rċevew telefonata lbiex imorru l-Imsida fejn hemm sabu t-traġedja. Huma marru hemm bl-ambullanza. Qal li huma jiġru ma’ Malta kollha u jkunu tnejn minn nies.
Tenna li mal-kollega tiegħu marru fi Triq Antonio Scioriono. Fit-triq kien hemm ħafna nies, inkluż tal-protezzjoni ċivili u pulizija u waslet ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea. Qal li kienet kellmitu Surġent tal-Pulizija u qaltlu dwar il-klieb jekk hux safe li jidħlu xi nies fosthom tas-civil protection, tobba eċċ.
Pitbulls fidili
Qal li kienu se jidħlu buex jippruvaw jaqbdu l-klieb li kellhom x’jaqsamu mal-inċident, imma dak il-ħin wasal sidhom (l-akkużat) u qalilhom li huma mansi u ħariġhom hu. Farrugia qal li sid iż-żewġ pitbulls għaddihom lilhom u kienu fidili u hu minn naħa tiegħu għabbihom fill-vann.
Ix-xhud qal li l-klieb ħarġu mill-bieb ta’ barra li għandu grada tal-ħadid, ġabhom. Tenna li ftit l-isfel hemm bieb ta’ garaxx. Minn barra qal li ma ra xejn. Wara li daħħal il-klieb fil-vann tela’ fuq għax is-sid qallu li għandu aktar klieb. Xehed li daħal mill-bieb tal-intrata fejn hemm taraġ għal fuq il-bejt u daħal biex in-nies tas-servizz ikunu jistgħu jaħdmu u jidħlu ġewwa.
Ix-xhud qal li hu u sieħbu telgħu fuq il-bejt fejn sabu bejn 10 u 12-il garżella tal-klieb. Qal li klieb ta’ razzez differenti kienu fihom u kollox kien kif suppost bil-klieb f’sura tajba. Fuq ordni tal-Maġistrat Saviour Farrugia qal li ħa żewġ klieb ħajjin miegħu u ħa wkoll kelba chihuahua mejta.
Fuq mistoqsijiet tal-Qorti u tal-prosekuzzjoni ix-xhud qal li l-akkużat il-pitbulls tahomlu f’idejh u ħadhom biċ-ċinga fil-vann. Wara mar l-isptar u ħarġet it-tabiba tal-isptar tal-annimali ta’ Ta’Qali u qalilha x’kien il-każ u telqu. Kollox bla problemi ta’ xejn.
Wara xehed il-kollega ta’ Saviour Farrugua, Raymond Cutajar li qal li kienu rċevew it-telefonata għall-ħabta tal-4.40pm. Tella’ li għall-ewwel ma fdawhomx lill-klieb imma rriżulta li kienu kalmi. Tenna li fejn instabet il-vittma la hu u lanqas sieħbu ma’ daħlu. Għal Andrè Galea qed tidher l-Avukat Ana Thomas, l-Avukat Mario Mifsud qed jidher għan-nom tal-familjari tal-vittma filwaqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Colin Sheldon.