Net News hu infurmat li għall-ħabta tal-5:35pm żviluppaw nirien f’residenza fil-Ħamrun.
Għalkemm għadu mhux ċar x’wassal għal dan in-nirien, jidher li dan l-inċident seħħ fi Triq Alexander fil-Ħamrun fejn fil-post issejħu team mediku tal-ambulanzi u numru ta’ membri tal-protezzjoni ċivili permezz ta’ żewġ vetturi tat-tifi tan-nar.
Kelliem għall-pulizija spjegalna li n-nar ġie kkontrollat u ħadt ma’ weġġa’ waqt dan l-inċident, madankollu għadu mhux magħruf il-kawża ta’ dawn in-nirien bil-pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Din is-sitwazzjoni ħolqot xi ftit tat-traffiku fiż-żona.
