Barcelona kkonfermaw lill-eks player Xavi Hernandez bħala l-coach il-ġdid tal-club wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Xavi li għandu 41 sena ħalla lill-club ta’ Al Saad fejn kien ilu miegħu sa mill-2019, wara li Barcelona ħallsu l-klawsola li kellu mal-club mill-Arabja Sawdita. Xavi se jkun qed jiffirma kuntratt sal-2024 u mistenni jkun imħabbar b’mod uffiċjali nhar it-Tnejn. F’messaġġ li deher fuq il-media soċjali, Xavi qal li l-Camp Nou dejjem kien id-dar naturali tiegħu.
Ma’ Barcelona, Xavi lagħab 767 partita fejn rebaħ 25 titlu qabel ma’ fl-2015 issieħeb ma’ Al Saad fejn wara li fl-2019 inħatar bħala coach, wassalhom għar-rebħ tal-ewwel kampjonat.
//= $special ?>