Il-mistieden ewlieni f’Replay, fil-programm ta’ għada l-Ħadd, se jkun il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo. Din se tkun l-ewwel dehra ta’ Vassallo għal dan l-istaġun fuq programm televiżiv u f’Replay ta’ għada, il-President tal-MFA se jkun qed iwieġeb għad-domandi li se jsirulu mill-presentatur Christian Micallef, fil-presenza ta’ Konrad Sultana, mistiedne residenti ta’ Replay.
L-ewwel terminu ta’ Vassallo fit-tmexxija tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f’Malta, jinsab f’nofsu u mingħajr ebda dubju dan kien wieħed mill-aktar termini, jekk mhux l-aktar, li kienu mimlijin sfidi, b’sitwazzjonijiet straordinarji u imprevedibbli għal kwalunkwé President ieħor li mexxa l-MFA matul iż-żmien. F’Lulju tal-2019, Vassallo rebaħ l-elezzjoni għall-President tal-MFA, b’maġġoranza kbira hekk kif il-manifest li ppreżenta Vassallo quddiem il-membri tal-Kunsill tal-MFA, kiseb l-akbar appoġġ minn dawk li vvutaw. Iżda dan il-manifest ma kienx qed ibassar dak li l-futbol Malti, u kwalunkwé entitá oħra fid-dinja kienet se tħabbat wiċċha magħha minn Marzu tal-2020 ‘il quddiem, bl-imxija tal-COVID-19.
F’Replay ta’ għada, Replay se jkun qed jara liema huma dawk il-wegħdi fil-manifest li saru, dawk li jinsabu fil-proċess li jitwetqu kif ukoll dawk li għadhom ma sarux jew li ma smajna xejn aktar dwarhom tul dawn l-aħħar 28 xahar minn meta Vassallo beda’ jmexxi l-MFA. Replay se jkun qed isaqsi d-domandi diretti, maħsuba u mingħajr kantunieri lil Vassallo, filwaqt li se nkunu qed nistħarġu l-attwalitá fit-tmexxija tal-MFA wara li l-COVID-19 ħalla effetti kbar fuq il-futbol lokali, kemm mill-aspett milgħub kif ukoll dak amministrattiv.
Replay ta’ għada l-Ħadd, se jkun qed jibda fid-9pm, f’xandira diretta fuq Net Television.
//= $special ?>