Coronavirus Lokali

COVID-19: 41 każ ġdid; tliet persuni fl-ITU

Għal jum ieħor, il-każ ġodda komplew jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ħareġ li kien hawn 41 każ ġdid ta’ COVID-19. Dan filwaqt li fiequ tmien persuni oħra biex b’hekk it-total ta’ każi attivi żdied għal 331.

U fl-Isptar Mater Dei hemm disa’ pazjenti, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw kura għal sintomi li qed jesperjenzaw kawża tal-virus.

Intant, sal-bieraħ ngħataw ‘il fuq minn 57,000 booster tal-vaċċin, bl-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iħeġġu biex wieħed jitlaqqam bil-booster minħabba l-fatt li l-immunità qed tonqos.