Fil-Ġermanja se tibda tingħata t-tielet doża tal-vaċċin kontra l-Covid lill-popolazzjoni kollha. Dan kien konfermat wara laqgħa, immexxija mill-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż.
Strateġija simili qed tkun adottata mir-Renju Unit, bil-Gvern Ingliż issa qed iħaffef id-distribuzzjoni tal-booster.
F’kummenti lill-media, il-Ministru Ġermaniż Jens Spahn wissa li x-xhur li ġejjin se joffru sfida kbira lill-Ewropa għaliex il-pandemija għadha fostna.
Is-sitwazzjoni tant hi serja li pajjiżi bħall-Awstrija qed jieħdu miżuri drastiċi. Fil-fatt, il-Gvern Awstrijak ħabbar li minn nhar it-Tnejn min mhux imlaqqam, mhux se jitħalla joħroġ fir-ristoranti, jew għal avvenimenti kulturali u sportivi.
//= $special ?>