Enerġija Lokali

“Il-kont tad-dawl raħas?” – In-nies jgħidu tagħhom lil NetNews

Disa’ snin ilu, il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni beda jdoqq id-diska li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl, filwaqt li biegħ l-idea ta’ Power Station li kienet se ssalva lil pajjiżna minn kull problema li seta’ kellu.

Tela’ fil-Gvern u waħda mill-ewwel affarijiet li għamel kien li biddel is-sistema tal-kontijiet, u minflok beda jibgħat kont kull sitt xhur, beda jibgħat wieħed kull xahrejn, jiġifieri sitt kontijiet fis-sena minflok tnejn.

U 9 snin wara, id-diska li l-kontijiet tad-dawl raħsu ma nbidlitx, imma mid-dehra, lanqas il-kontijiet,

Ghalkemm hemm uħud li ħassew li l-kontijiet tagħhom kienu raħsu, jew li ma jafux.

Iżda għal ħafna oħrajn,il-kontijiet mhux talli ma raħsux, talli ħafna jħossu li l-kontijiet għolew.

Fl-aħħar xhur kien hemm baraxx ta’ kummenti fuq il-media soċjali dwar kontijiet eżorbitanti tad-dawl u l-ilma, b’ħafna jgħidu li r-roħs fil-kontijiet kien biss ħrafa.