Waqt is-sessjoni ta’ filgħodu tal-5 Jum tal-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Short Course li qed isiru f’Kazan, ir-Russja, it-tliet għawwiema Maltin waqqfu rekords fil-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom.
Sasha Gatt ikkompetiet fil-200m Freestyle. Il-ħin tagħha ta’ 02:03.69 għeleb ir-rekord preċedenti stabbilit minn Mya Azzopardi (02:03.91) fi Frosinone f’Novembru 2019
Thomas Wareing ħa sehem fil-100m Medley. Il-ħin tiegħu ta’ 00:57.23 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 00:58.53 stabbilit minn Mikhail Umnov f’Zagreb f’Novembru 2017.
Fil-kompetizzjoni tat-800m freestyle il-ħin ta’ Dylan Cachia ta’ 08:11.85 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ Neil Agius ta’ 08:44.20 li ġie stabbilit f’Ottubru 2009 fl-Ingilterra.
Għada l-Ħadd 7 ta’ Novembru jirritornaw fl-azzjoni għawwiema Sasha Gatt li se tikkompeti fl-400m Freestyle u Thomas Wareing se jieħu sehem fl-400m Medley Individwali.
//= $special ?>