Futbol Sport

Juventus jirritornaw għar-rebħ, b’gowl fl-aħħar ħinijiet

(Ritratt: EPA)

Juventus irritornaw għar-rebħ b’rebħa lejn it-tmiem kontra Fiorentina biex b’hekk irkupraw mit-telfa tal-ġimgħa li għaddiet kontra Verona. Fiorentina sfaw jilagħbu bi player anqas fit-73 minuta meta tkeċċa Nikola Milenkovic wara t-tieni karta safra. Juventus kellhom jistennew sat-tmiem meta fil-91 minuta kien Juan Cuadrado li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Juventus. Dan ir-riżultat ifisser li l-coach Massimiliano Allegri rebaħ l-200 partita tiegħu ma’ Juventus.

Cagliari sofrew telfa oħra meta kienu megħluba 2-1 minn Atalanta. Kien Mario Pasalic li poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ. Joao Pedro ġab l-iskor indaqs fis-27 minuta biex Duvan Zapata fit-43 minuta skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Spezia kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 f’partita diretta kontra Torino. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-58 minuta permezz ta’ Jacopo Sala fejn issa b’din ir-rebħa, Spezia telgħu fil-15-il post bi 11-il punt.

SERIE A
Illum: Spezia v Torino 1-0, Juventus v Fiorentina 1-1, Cagliari v Atalanta 1-2 Għada: Venezia v Roma 12.30pm, Sampdoria v Bologna 3.00pm, Udinese v Sassuolo 3.00pm, Napoli v Verona 6.00pm, Lazio v Salernitana 6.00pm, Milan v Inter 8.45pm