Internazzjonali

SIERRA LEONE: imutu 99 fi splużjoni ta’ tanker taż-żejt

Splużjoni ta’ tanker taż-żejt ħasdet il-ħajja ta’ talanqas 99 persuna b’aktar minn 100 oħra jittieħdu fl-isptarijiet u l-kliniċi ta’ Freetown, il-belt kapitali ta’ Sierra Leone.

Il-President tal-pajjiż iddeskriva dak li seħħ bħala “telfien orrend ta’ ħajja”.

Ħafna minn dawk li ddaħlu fl-isptar ħajjin sofrew ħruq estensiv f’ġismhom, bil-biċċa l-kbira minnhom mhux mistennija li jsalvaw.

Infermiera ttrattaw dawk midruba li kienu mixħuta għarwiena fuq l-istretchers hekk kif ħwejjiġhom iċċartu minn fuqhom bl-isplużjoni.

It-tanker sploda wara li laqtitu karozza tal-linja.