Il-Ħamis li għadda fis-Centenary Hall inżammet l-ewwel Assembleja Ġenerali tal-MFA fejn li wara li f’Lulju li għadda kien apporvat l-Istatut il-Ġdid tal-Assoċjazzjoni, fost it-tibdiliet li saru kien hemm dik fejn il-Laqgħa Ġenerali Annwali nbidlet għall-Assembleja Ġenerali.
Din se tibda tinżamm tliet darbiet f’sena, fejn dik li ssir bejn Marzu u April se tinkludi l-elezzjonijiet għall-President u l-Viċi-Presidenti kif ukoll ssir il-presentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapport ġenerali.
Fl-Assembleja tal-Ħamis, minn barra l-approvazzjoni tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali li nżammet f’Lulju li għadda u l-minuti tal-Laqgħa Straordinarju li saret f’Lulju wkoll, is-suġġett ewlieni fuq l-aġenda kienu l-Objettivi Strateġiċi tal-Assoċjazzjoni.
Dr. Dawn Aquilina li huija responsabbli mill-istrateġija tal-MFA, qal li wara li l-assoċjazzjoni nediet l-istrateġija fi Frar li għadda fejn inkludiet tmiem prijoritajiet, twaqqfu 13-il dipartiment li huma responsabbli mill-implimentazzjoni bl-għajnuna tal-UEFA Grow. Aquilina qalet li l-UEFA qed tinsisti li l-assoċjazzjoniet kollha jkollhom strateġija ċara. Il-UEFA waqqfet dan il-grupp sabiex tgħin lill-assoċjazzjonijiet li jsibu diffikultà biex jimplimentaw din l-istrateġija fejn fost il-pajjiżi hemm Malta. Dr. Aquilina ħabbret ukoll li mill-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jibda programm tal-Futbol fl-iskejjel fejn darba fil-ġimgħa, coach mill-MFA se jkun qed jagħmel sessjonijiet ta’ taħriġ għall-istudenti.
Matul l-istess Assembleja ngħata wkoll rendikont dwar il-Proġetti Infrastrutturali, il-Proġetti Tekniċi, il-Kummerċjalizzazzjoni, l-Integrità u anke r-Riforma tal-Liċenzji.
//= $special ?>