Is-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Messiku. Isegwuh fit-tieni u fit-tielet post rispettivament Lewis Hamilton u Max Verstappen.
Fil-preżent, Verstappen jinsab fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa, bi 12-il punt aktar minn Lewis Hamilton. Fir-raba’ post se jibda Sergio Perez filwaqt li Pierre Gasly se jkun qed jitlaq mill-ħames pożizzjoni bit-tellieqa ta’ għada tibda fit-8.00pm ħin ta’ Malta.
Kif se jibdew: 1. V. Bottas, 2. L. Hamilton, 3. M. Verstappen, 4. S. Perez, 5. P. Gasly, 6. C. Sainz, 7. D. Ricciardo, 8. C. Leclerc, 9. Y Tsunoda, 10. L. Norris, 11. S. Vettel, 12. K. Raikkonen, 13. G. Russell, 14. A. Giovinazzi, 15. E. Ocon, 16. F. Alonso, 17. N. Latifi, 18. M. Schumacher, 19. N. Mazepin, 20 L. Stroll
//= $special ?>