Waqt zjara li ghamel il-Hadd filghodu f’Marsaxlokk, il-Kap tal-PN Bernard Grech kompla mhux biss iwassal il-messaġġ tal-partit…iżda jisma’ dak li għandhom xi jgħidu in-nies – okkażjoni li fiha Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li qed jagħti l-PN lis-sidien tal-ħwienet iż-żgħar, kif ukoll lill-bejjigħa tal-monti.
Akkumpanjat mill-mara tiegħu AnneMarie …Bernard Grech iltaqa’ ma’ dawn il-bejjiegħa u man-nies li kull gimgha jzuru dan il-monti popolari f’Marsaxlokk.


Kienu bosta dawk li waqt li tkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, irringrazzjawh għall-ħidma kontinwa tiegħu u faħħru il-proposti li qed joħroġ bihom il-Partit Nazzjonalista.
Oħrajn ressqu l-ilmenti tagħhom dwar temi kurrenti. Fil-fatt, kienu bosta dawk li semmew is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.. bil-Kap tal-PN iwieghed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti l-flus lura lin-nies.. li fi tmien snin insterqu aktar minn 50 miljun ewro.

Familji u anzjani tkellmu ma’ Bernard Grech anke fuq l-għoli tal-ħajja, wara li fl-aħħar xhur, il-prezzijiet komplew jisplodu ‘l fuq. Ħafna saħqu li kienu qed jistennew soluzzjoni aħjar għal dawn iż-żidiet qabel ma ġie pprezentat il-budget. Iżda.. għal-Gvern Laburista, il-€1.75 hija ż-żieda li ħaqqu jieħu l-ħaddiem Malti għas-sena d-dieħla li hija l-istess zieda ghat-tieni sena konsekuttiva – żieda li ma tirreflettix ir-realtajiet veri tal-familji.
F’Marsaxlokk, Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem ewlieni tal-PN Peter Agius kif ukoll minn numru ta’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
