Coronavirus Lokali

Covid-19: 50 każ ġdid; Jiżdiedu l-persuni l-Isptar

Għal jum ieħor, pajjiżna reġa’ rreġistra żieda fil-każijiet pozittivi ġodda. Dan hekk kif bejn is-Sibt u l-Ħadd ġew irreġistrati 50 każ ġdid, filwaqt li fl-istess ħin fiequ 12. B’hekk it-total ta’ attivi issa reġa tela’ għal 369.

Tajjeb li wieħed jinnota li l-aħħar darba li pajjiżna rreġistra 50 każ ġdid ta’ Coronavirus kien f’nofs ix-xahar ta’ Settembru li għadda.

Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mewta biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittma ta’ dan il-virus baqgħet dik ta’ 462.

Fl-aħħar sigħat tħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei issa tela’ għal 11 bi 3 persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Intant sal-bieraħ, ingħataw kważi 58,000 doża tal-booster.