Il-protagonist tal-film ‘Gladiator’, Russel Crowe, bħalissa jinsab f’pajjiżna. Filwaqt li hu tajjeb li Malta tattira l-films ta’ Hollywood u ninvestu l-miljuni biex noffru filming location mill-aqwa, mhux tajjeb iżda li filwaqt li nifirxu t-tapit l-aħmar lill-prodott barrani ninsew li għanda prodott Malti li jista’ jikber ferm aktar.
F’post fuq il-media soċjali, il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius qal li l-prodott Malta tal-industrija tal-flims bħalissa qed jintesa.
Il-produtturi ta’ films Maltin bħal Luzzu, Simshar u Limestone Cowboy qalu matul din il-ġimgħa li jikkunsidraw jibbojkottjaw is-serata tal-Malta Film Awards.
Jirriżulta li l-gvern nefaq €400,000 fuq serata waħda meta l-baġit kollu għal sena sħiħa biex jgħin lill-industrija Maltija tal-films huwa biss ta’ €600,000.
Peter Agius ikkummenta li dawn huma l-prijoritajiet żbaljati tal-Gvern li għat-tlellix tal-kameras lesti jonfqu ħafna, iżda mbagħad qed jixxaħħu biex jippromovu l-prodott Malti.
“Dan huwa żball kbir għax il-kultura tirrakkonta min aħna. Film tajjeb bħal Luzzu huwa biljett ta’ stedina għal kull barrani li jista’ jsir turist ta’ pajjiżna. Il-promozzjoni tal-prodott Malti hija formula win win. Ma nibqgħux nagħmlu l-iżball li nagħtu bis-sieq dak li huwa Malti,” qal Peter Agius.
//= $special ?>

