Illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello tressaq il-Qorti raġel ta’ 23 sena, li ismu ma’ jistax jixxandar minħabba divjett, b’rabta mal-każ li seħħ nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru meta nħaraq bieb ta’ residenza privata fil-Ħamrun.
Waqt is-seduta tal-Qorti l-prosekuzzjoni stqarret li r-raġel ta’ 23 sena ġie identifikat wara ġbir ta’ filmati min-cameras li kienu fil-viċinanzi biex aktar tard, wara diversi rondi, l-pulizija rnexxielhom isibu lis-suspettat.
Madankollu l-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel, li la jaħdem u lanqas għandu saqaf fuq rasu, ikkopera mal-pulizija, fejn ammetta kemm l-involviment tiegħu, kif ukoll l-involviment ta’ terzi persuni.
Sadanittant, il-prosekuzzjoni rrimarkat ukoll li r-raġel jinsab fuq probation u ġie mitlub jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba d-dipendenza li għandu fuq id-droga sintetika.
Is-sentenza mistennija tingħata għaxart ijiem oħra minħabba li għad irid jitressaq rapport dwar id-dipendenza tar-raġel fuq id-droga.
//= $special ?>