Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara li ħabat ma’ trailer ipparkjat

Għal ħabta tas-1.45pm il-pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew mitluba jinżlu malajr Ħal Farruġ, hekk kif raġel ta’ 49 sena, resident ir-Rabat, kellu inċident tat-traffiku, bil-konsegwenza li spiċċa maqbud taħt trailer li kien ipparkjat fil-ġenb tat-triq.

Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li tagħat l-ewwel għajnuna medika lir-raġel u ħaditu l-isptar Mater Dei, hekk kif il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lis-sewwieq mill-karozza.

Il-kundizzjoni preżenti tar-raġel għada mhiex magħrufa.

Tags