Għall-ħabta tas-7.30 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 46 sena mill-Kalkara ttieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident bil-mutur. L-inċident seħħ fi Triq Garibaldi f’Ħal Luqa.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri tal-Pulizija. Jidher ukoll illi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew minħabba li nxtered xi żejt u kaġun ta’ dan seħħ l-inċident. Għal xi ħin ingħalqet parti mit-triq għat-traffiku.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>