“Parlament li mhux tajjeb għal demokrazija.. Minflok iżomm il-gvern taħt kontroll, il-parlament sar biss eżerċizzju ta’ rubberstamp” – Huwa dan il-mod iebes li bih iddeskriva l-Parlament Malti, l-Editorjal tas-Sunday Times, f’artiklu li fih kien spjegat dak li qed naraw iseħħ f’pajjiżna, b’mod partikolari fil-Parlament… Parlament li issa ilu 100 sena… anniversarju li propju kien iċċelebrat ftit tal-jiem ilu.
L-Editorjal jispjega kif l-elettorat għandu rwol x’jaqdi billi jżomm lill-membri parlamentari responsabbli, mhux biss fil-ġurnata tal-votazzjoni iżda matul il-leġiżlatura kollha. U jgħid li seklu wara waħda mill-akbar kisbiet ta’ pajjiżna, ħafna nies sempliċement għadhom mhux qed jagħrfu x’inhu lir-rwol proprju ta’ Membru Parlamentari. Jiddeskriva dan il-fattur bħala “falliment tal-Parlament u falliment tas-sistema edukattiva tagħna.”
Id-data tal-ewwel ta’ Novembru mmarkat l-anniversarju mill-ftuħ tal-Parlament ta’ Malta u l-editur tat-Times jispjega li seklu wara, qed jibdew isiru mistoqsijiet serji dwar lir-rwol u l-pożizzjoni tiegħu fid-demokrazija tagħna. Filfatt, l-Arċisqof Charles Scicluna iddeskriva l-imġieba ta’ ċertu parlamentari bħala waħda kkaratterizzata minn “tribaliżmu, pika u mibegħda”.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech iddeskriva l-Kamra bħala istituzzjoni bla snien li tonqos milli żżomm lill-Gvern responsabbli u żewġ rapporteurs tal-Kunsill tal-Ewropa enfasizzaw fuq ir-riskji ta’ korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li qed jirriżultaw minn prattika ħażina li qed tiġi addotta minn xi deputati.
L-Editorjal tat-Times jkompli li, filwaqt li iwettaq b’mod effiċjenti l-funzjoni primarja tiegħu ta’ leġiżlazzjoni, il-Parlament sar ineffettiv biex iżżomm il-Kabinett, jew aħjar, l-amministrattiv taħt kontroll. L-artiklu jitkellem ukoll dwar id-diffikultà li sabu l-membri tal-Gvern Laburista fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jistaqsu lil Konrad Mizzi… l-editorjal jgħid li l-interessi personali ġabu l-impunità.
Jitkellem ukoll dwar l-għoti ta’ pożizzjonijiet imħallsa mill-istat lil backbenchers tal-Gvern li minflokk monitoraġġ tal-Gvern jispiċċaw ma jwettqux dmirijithom kif suppost u hawnhekk l-Editorjal jisħaq fuq l-importanza li l-Membri Parlamentari kollha jaħdmu u jkunu kumpensati finanzjarjament fuq bażi full-time mill-aktar fis possibbli.
//= $special ?>