Internazzjonali

Stati Uniti: Investigazzjoni kriminali dwar l-imwiet waqt il-festival ‘Astroworld’

HOUSTON, TX - NOVEMBER 06: Flowers s are seen outside of the canceled Astroworld festival at NRG Park on November 6, 2021 in Houston, Texas. According to authorities, eight people died and 17 people were transported to local hospitals after what they describe as a crowd surge at the Astroworld festival, a music festival started by Houston-native rapper and musician Travis Scott in 2018. (Photo by Alex Bierens de Haan/Getty Images)

Il-pulizija fi Houston (Texas) fetħu investigazzjoni kriminali dwar l-imwiet ta’ persuni (nhar il-Ġimgħa) waqt rassa kbira li nħolqot matul l-ewwel lejl tal-Astroworld festival li hu fost l-aktar avvenimenti mużikali mistennija tas-sena.

L-avveniment kien qed ikun organizzat fi Houston u f’din ir-rassa mietu talanqas tmien persuni, b’għaxieren oħra jweġġgħu u jispiċċaw l-isptar għall-kura. L-etajiet tal-vittmi jvarjaw bejn l-14 u s-27 sena u fl-aħħar sigħat kellhom ikunu pubblikati l-identitajiet ta’ uħud minnhom.

Il-pulizija qed tinvestiga wkoll  rapporti li xi persuna jew persuni fl-udjenza ‘kienu qed jinjettaw lin-nies bid-droga’ qabel seħħet it-traġedja. Ir-rassa, intant, kienet xprunata mill-paniku tan-nies li kienu qed jippruvaw javviċinaw il-palk tal-kunċerti f’ħin meta l-kantant rapper Travis Scott kien qed jinterpreta wħud mis-suċċessi tiegħu. L-awtoritajiet spjegaw li kien hemm ħinijiet fejn is-sitwazzjoni saret ‘inkontrollabbli’ u li kellhom jissarrfu fl-aktar konsegwenzi traġiċi.