Lokali

Tiżdied il-fiduċja f’Bernard Grech u fil-Partit Nazzjonalista

Survey li sar mill-Maltatoday juri li kemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll il-Partit Nazzjonalista żiedu l-fiduċja fost l-elettoral Malti.

L-appoġġ għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żied b’2%, filwaqt li l-appoġġ għall-Prim Minsitru Robert Abela naqas b’0.3%. Biex b’hekk issa d-distakk bejn iż-żewġ mexxejja naqas bi 2% fuq l-istħarriġ li sar ix-xahar li għadda.

Is-Survey juri wkoll li l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista żied bi 3% biex issa tela’ għal kważi 30%. Fir-reġjuni tat-Tramuntana u tal-Punent il-Partit Nazzjonalista jgawdi vantaġġ fuq il-Partit Laburista.

Ir-riżultati ta’ dan is-survey juru li l-Partit Nazzjonalista qed ikun ukoll proattiv mill-oppożizzjoni, u jmexxi ‘l quddiem il-bidla li tant hi mixtieqa f’pajjizna. Dan deher ċar fid-diskors fir-replika tal-Budget li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn wassal il-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna.

Viżjoni b’20 proposta li jinkludu fost l-oħrajn żieda sostanzjali fil-pagi tal-għalliema, karozzi tal-linja li jaħdmu kollha bl-elettriku, fond ta’ garanzija biex tixtri l-ewwel dar kif ukoll l-eżenzjoni sħiħa mill-VAT sa €10,000 fuq spejjeż ta’ finishing ta’ djar.

Proposti oħra huma żewġ vapuri ġodda għal Għawdex, sptar ġdid ta’ 400 sodda f’Għawdex u  tabib tiegħek b’xejn f’darek għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena. Jingħata €500 voucher liż-żgħażagħ għas-safar filwaqt li jkun hemm aktar ġonna u spazji miftuħin viċin darek. Biex dan isir se jkunu protetti artijiet ODZ biż-żewġ terzi tal-Parlament.

Proposti oħra huma li jkun hemm investimenti tax free f’setturi ta’ riċerka u innovazzjoni u unit speċjalizzat għal riċerka ta’ due diligence għal Nutara, Accountants u professjonisti oħrajn.

Gvern ġdid Nazzjonalsita se jara li ssir riforma tal-qbiela mal-Gvern u jingħataw €14-il miljun f’bonuses lill-frontliners filwaqt li min jaqla’ sa €60,000 ikun eżenti mill-VAT. Il-familja hija fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li jingħataw tmien ġimgħat parental leave bi ħlas, ikun hemm estensjoni tat-tax bracket tal-25% għal min jaqla’ sa €80,000 u VAT ta’ 7% għall-bejgħ kollu fir-ristoranti u servizzi oħrajn tal-lukandi. Se jara wkoll li  jinqatgħu l-kuntratti mal-Electrogas u ssir reviżjoni immedjata tal-kuntratti ma’ Vitals u Steward.