Raġel ta’ 55 sena resident ir-Rabat u zagħzugħ ta’ 23 sena resident tas-Sliema kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn Tractor u karozza tat-tip Mercedes Benz fi Triq l-Imdina.
Mir-rapporti jidher li l-pulizija ġiet infurmata bil-ħabta madwar 12:50pm, bil-pulizija u l-CPD jirrispondu fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Milli jidher fuq il-post kellha ukoll tissejjaħ l-ambulanza biex tieħu lix-xufiera l-Isptar Mater Dei madankollu għadna ma nafux is-sitwazzjoni preżenti tax-xufiera li ttieħdu l-Isptar.
Il-Kundizzjoni tas-sewwieqa għada mhiex magħrufa
//= $special ?>