Lokali Parlament

Abbużi ta’ xogħol prekarju f’Għawdex

– Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna li f’Għawdex qed isiru diversi abbużi fis-settur tax-xogħol minħabba x-xogħol prekarju li qed jitwetta f’diversi setturi.

Fil-parlament Joe Ellis qal li s-saħħa u l-edukazzjoni tneħħew mir-responsabbiltajiet tal-Ministru għal Għawdex u qal li fis-servizzi kuntrattwali hemm ivvotati €8 miljuni. Fl-2020 intefqu €7 miljuni f’dan is-settur, qal Joe Ellis, li kompla li mhux veru li s-settur privat qed jiġġenera l-impjiegi f’Għawdex.

Hu qal li hemm nuqqas ta’ ħaddiema f’Għawdex għaliex il-gvern qed idaħħal in-nies miegħu. Minn ministeru ta’ 1,200 persuna m’hemm ħadd li jrid li jaħdem tmien siegħt xogħol.

Joe Ellis qal li l-gvren qed jissellef dejjem iktar flus meta dawn iridu jitħallsu lura u sostna li l-gvern nefaq il-miljuni fuq sitt karozzi tal-linja elettriċi li m’humiex jintużaw.

Hu kompla li l-Ministru għal Għawdex ma jsibx ħin jiltaqa’ mal-imprendituri Għawdex u kompla li Dar San Ġużepp kienet ħadma kbira fejn tliet ministri ta’ Għawdex kollha jiddikjaraw li l-kirja hi ta’ natura kummerċjali.

Il-Ministru Refalo fl-aħħar qal li din il-kirja hi ta’ €60,000 fis-sena meta din id-dar għadha biss ġebel u saqaf; s’issa diġà intefqu madwar €500,000. Triq Sant’Antin kienet inawgurata s-sena li għaddiet iżda fadal ix-xogħlijiet partikolarment b’diffikultajiet li jinħolqu meta tagħmel ix-xita.

Joe Ellis tkellem dwar ir-raba’ vaur u qal li il-Gozo Channel hemm ħafna ħaddiema li jilmentaw li l-kuntrattur qed joħdilhom il-paga tagħhom; il-kuntratturi huma b’saħħithom iktar mill-Ministru għal Għawdex. F’Diċembru l-Ministru għal Għawdex qal li fi ftit jiem se jinħarġu l-offerti għar-raba vapur meta s’issa m’hemmx indikazzjonijiet meta dawn se jinħarġu.