Fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li f’pajjiżna ġew irreġistrati 27 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 15-il persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 381.
Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mewta…. biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittmi ta’ dan il-virus qeriedi baqgħet dik ta’ 462.
Bejn l-Ħadd u t-Tnejn tħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei għall-virus għadhom 11…filwaqt li baqa’ 4 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Ħadd ġew amministrati 543 doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, b’501 minnhom huma dożi tal-booster.
//= $special ?>