Newcastle ħabbru li Eddie Howe se jkun il-coach il-ġdid tagħhom minflok Steve Bruce, li tneħħa mill-kariga ftit ġimgħat ilu. Eddie Howe se jkun l-ewwel coach appuntat mill-konsortju mill-Arabja Sawdija wara li ħadu f’idejhom il-club ta’ Newcastle f’nofs Ottubru.
Eddie Howe iffirma kuntratt sal-2024 fejn se jkun qed imexxi lil Newcastle għall-ewwel darba fil-partita tagħhom kontra Brentford wara l-waqfa internazzjonali. Howe ilu mingħajr club sa mill-2020 wara li tneħħa minn coach ta’ Bournemouth. Fl-ewwel kummenti tiegħu Howe qal li huwa ta’ privileġġ li jmexxi club ta’ statura bħal Newcastle u jinsab ħerqan biex jibda jaħdem flimkien mal-plejers għall-aħjar tal-club.
Eddie Howe mexxa lil Bournemouth għar-rebħ taċ-Championship fl-istaġun 2014/15 fejn kisbu għall-ewwel darba l-promozzjoni għall-Premier League. Magħhom hu qatta’ xejn inqas minn tmien snin fosthom ħames staġuni fil-Premier League.
//= $special ?>