Il-midfielder ta’ Arsenal Emile Smith Rowe ssejjaħ għall-ewwel darba mal-iskwadra Ingliż mmexxija minn Gareth Southgate. Minkejja li ma kienx fl-iskwadra proviżorja, Smith Rowe issejjaħ wara li Marcus Rashford, James Ward-Prowse, Mason Mount u Luke Shaw ma rrapurtax mat-tim Ingliż minħabba injuries.
Madanakollu Mount u Shaw jistagħu jkunu disponibbli għal Southgate aktar tard matul il-ġimgħa. B’hekk Southgate se jibda l-preparazzjoni tiegħu għall-partita kontra l-Albanija bi 22 plejer.
Smith Rowe, li għandu 21 sena, rrappreżenta lill-Ingilterra f’kull livell tal-youths, fejn dan l-istaġun qed ikun protagonist għat-tim immexxi minn Mikel Arteta fil-Premier League. Fl-aħħar sitt partiti Smith Rowe kien involut f’sitt gowls, fejn skojra erba’ u kellu żewġ assists.
//= $special ?>