Futbol Sport

Erba’ clubs fil-Premier League bi prova ta’ ‘safe standing’ minn Jannar

Erba’ clubs fil-Premier League ingħataw permess biex jippruvaw is-‘safe standing’ fl-istadiums tagħhom minn Jannar li ġej. Chelsea, Man City, Man Utd u Tottenham kellhom l-applikazzjonijiet tagħhom approvati u se jkunu qed iħallu sezzjoni mill-istadiums tagħhom ddedikati għall-partitarji li jridu jaraw il-partita tagħhom bilwieqfa.

Sadanittant it-tim miċ-Championship Cardiff ukoll ingħataw permess li jagħmlu dan fil-partiti f’darhom. L-ewwel partita fejn se ssir din il-prova se tkun bejn Chelsea u Liverpool fit-2 ta’ Jannar li ġej.

Fl-Ingilterra il-partitarji ma setgħux joqgħodu bilwieqfa wara liġi li ħarġet fl-1994 wara d-dżastru ta’ Hillsborough, fejn 97 persuna tilfu ħajjihtom wara li kienu mgħaffġa fir-rassa.

Il-Ministru tal-Isport fl-Ingilterra, Nigel Huddleston, qal li din il-prova se ssir fid-dawl ta’ introduzzjoni ta’ ‘safe standing’ fl-istadiums madwar l-Ingilterra, bis-sigurta’ tal-partitarji tibqa’ prijorita’ f’kull miżura li tiddaħħal.