Il-coach ta’ Rangers Steven Gerrard kif ukoll il-coach tal-Belġju Roberto Martinez huma fost il-favoriti li jieħdu post Dean Smith bħala coach ta’ Aston Villa. Smith tneħħa minn din il-kariga wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Southampton, li kienet il-ħames telfa konsekuttiva, fejn ħalliethom fis-16-il post tal-klassifika.
Aston Villa jridu jaħtru coach ġdid għall-partita kontra Brighton wara l-waqfa internazzjonali. Madanakollu, il-ħatra ta’ coach ġdid għal Aston Villa hija mportanti ħafna f’dan il-mument, hekk kif tidditermina liema direzzjoni se jieħdu biex jagħmlu pass ieħor sabiex jilħqu l-ambizzjonijiet kbar tagħhom.
Aston Villa qed jevalwaw il-possibilita’ li jaħtru wkoll lill-coach tat-tim nazzjonali tad-Danimarka, Kasper Hjumland, hekk kif għandu relazzjoni tajba mad-Direttur Sportiv ta’ Villa, Johan Lange.
//= $special ?>