Għadhom ċassi quddiem il-kuntratt tal-isptarijiet, li skont l-istess Ministru tal-Finanzi… huwa mimli problemi.
Wara li s-Sunday Times żvelat kif Joseph Muscat irċieva tal-anqas €60,000 f’temp ta’ xahrejn eżatt wara li kellu jirriżenja,għal xogħol ta’ konsulenza lil kumpanija marbuta ma’ Steward Healthcare, id-deputati tal-Gvern spiċċaw ifittxu aktar skużi biex iwieġbu għall-ħafna mistoqsijiet u dubji li jdawwru dan id-deal. Bosta kienu skomdi ferm, bħall-Ministru Carmelo Abela, li sabha diffiċli jwieġeb dwar dan il-kuntratt.Ġ
Ġ: “WARA L-FATTI LI ĦARĠU LBIERAĦ GĦADEK KOMDU TIDDEFENDI D-DEAL TA’ STEWARD? “
CA: “JIEN QATT MA DDEFENDEJT DAN ID-DEAL”
Ġ: “JIĠIFIERI M’INTIX KOMDU BID-DEAL TA’ STEWARD?”
CA: “MHUX HEKK GĦIDT. SIBLI FEJN QATT IDDEFENDEJTU”
Ġ: “INTI KOMDU B’DAN ID-DEAL?”
CA: “DAN HUWA KUNTRATT LI QED JIĠI EVALWAT MILL-GVERN“
Il-Kollega tiegħu u Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfiled, l-ewwel deher li ma kienx jaf x’fatti ħarġu 24 siegħa qabel, imbagħad mera l-fatti magħrufa, meta għidnilu li dan kien imsejjaħ kuntratt skandaluż.
Il-Ministru li taħtu jaqgħu l-isptarijiet, Chris Fearne, ma riedx jikkummenta jekk, kieku kien hu, kienx jaċċetta li jieħu l-konsulenza li ħa Muscat, u farfar fuq il-Pulizija.
CF: “NISTENNA LI DAWN IR-RAPPORT JIĠU INVESTIGATI… “
Ġ: “KIEKU KONT FLOK JOSEPH MUSCAT KONT TIEĦDU DAK IL-JOB?”
CF: “IRRID NARA X’KIENET EZATTI.. IRRIDU NĦALLU L-AWTORITAJIET KOMPETENTI JAGĦMLU XOGĦOL ..”
Skont Il-Ministru Roderick Galdes, dan il-kuntratt huwa wieħed ta’ min jiddefendih għax huwa tajjeb u ġust.
Mhux daqstant kuntent il-Ministru Herrera, li mingħajr ma qalha, ammetta li l-kuntratt fih it-taħwid.
Differenti l-atitudni tal-Ministru Michael Farrugia, li għażel li joħroġ għonqu għal Joseph Muscat billi staqsa jekk il-ġurnalisti jitħalsux ta’ xogħolhom, biex bħal donnu jiġġustifika l-eluf li ħa Muscat.
Ma jikkumenta xejn il-Ministru Evarist Bartolo, magħruf sew għall-posts ma jispiċċaw qatt fuq Facebook, iżda li mbagħad, quddiem il-mikrofonu ta’ NetNews ma lissinx imqar kelma waħda dwar dan kollu.
U Deputati li ma kellhomx tweġiba, farfruha billi qalu li Joseph Muscat kien kiteb fuq Facebook biex jispjega.
Intant, interessanti kif Rosianne Cutajar u Edward Zammit Lewis, li kellhom ħafna xi jgħidu f’okkażjonijiet oħra, bħal per eżempju f’chats sigrieti,ma kellhom xejn xi jgħidu dwar dan il-kuntratt skandaluż.
//= $special ?>