Il-proċess ta’ promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija kien parodija; ivvizzjat mill-bidu sal-aħħar.
Huwa dan l-eżitu tat-tielet investigazzjoni magħmula mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, fejn ġie kkonfermat li selezzjoni li saret fl-2016 sabiex suprintendenti jingħataw promozzjoni għal Assistent Kummisarju kienet ivvizjata u difettuża. Skandlu ieħor li twettaq fi ħdan il-Korp tal-Pulizija taħt it-tmexxija tal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar – it-tielet investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ li kompliet turi aktar biċ-ċar it-teatrin li kien qiegħed imexxi bih l-istess Cutajar.
L-ombudsman Anthony Mifsud saħaq li kien il-Kummissarju Lawrence Cutajar stess li wettaq ċertu deċiżjonijiet favur individwi aktar minn oħrajn… hekk kif kien qed imexxi kumitat ta’ selezzjoni.
Dan kollu hareg wara li sar ilment formali mill-eks Suprintendent Simon Galea li instab li kien diskriminat meta talab biex jiġi trasferit lejn Ghawdex…transfer li mingħajr ebda raġuni ġiet rifjutata.
Għat-tielet darba l-investigazzjoni tal-Ombudsman sabet li il-proċess ta’ selezzjoni kienet pardoija, ċajta mill-bidu sal-aħħar – bil-persuni jintgħażlu fuq bażi ta’ personal trust u mhux bl-esperjenza u seniority.
Minkejja dan kollu, bħal każi preċedenti, għat-tielet darba kemm il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti, Angelo Gafà kif ukoll is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern, Kevin Mahoney – ma aċċettawx il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Ombudsman u saħqu li ma jaqblux magħhom.
Filwaqt li Anthony Mifsud rrakkomanda lil Angelo Gafà jerġa’ jsejjaħ għal uffiċjali f’Għawdex … ordnalu biex iħallas lil Simon Galea €15,000 għad-danni morali.
Għad-differenza tat-tmexxija li qed jitmexxa l-Korp taħt il-Gvern tal-Labour, Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li jaħdem favur korp tal-Pulizija mingħajr indħil politiku u fuq in-naħa taċ-ċittadin onest sabiex verament l-interessi tal-uffiċjali jkunu mħarsa mingħajr kulur u uċuħ.