Numru ta’ irġiel ħatfu l-kontroll ta’ xarabank u tawh in-nar – b’dan ikun it-tieni inċident ta’ dan it-tip fi żmien ġimgħa, fl-Irlanda ta’ Fuq.
L-inċident seħħ fl-inħawi ta’ Newtownabbey, County Antrim, bil-pulizija jiżvelaw li erba’ irġiel li kienu telgħu fuq il-vettura qabdu u niżżlu lill-passiġġieri u x-xufier qabel taw in-nar lix-xarabank.
Filwaqt li x-xarabank inqered għal kollox fin-nirien jidher li ma weġġa ħadd fl-inċident li qed ikun suġġett għal investigazzjoni. L-azzjoni kienet ikkundannata bla riservi minn diversi kapijiet politiċi fl-Irlanda ta’ Fuq,
//= $special ?>