Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella biex tissaħħaħ ir-reġjonalità ta’ Għawdex.
Fil-parlament Kevin Cutajar qal li r-reġjonalità hi punt kruċjali għal Għawdex u għalhekk Gaħwdex għandu jkollu status ta’ reġjun b’poteri għalih. Hu sostna Gaħwdex għandu jkollu s-saħħa li jiddeċiedi fuq oqsma kruċjali, sostna Kevin Cutajar, li kompla li jeħtieġ isir ħafna iktar biex is-sbuħija ta’ Għawdex tkun preservata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern rabat l-ekonomija Għawdxija biss fuq il-bini.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-aċċessibbiltà, il-Gvern ma ndirizzax din il-probemau spjega li l-fast ferry daħlet fis-seħħ tard wisq; wara tmien snin. Huq al li r-raba’ vapur mhux addattat għall-Għawdxin minħabba li dan ma solviex il-problema.
Il-Gvern missu investa f’vapur ġdid, sostna Kevin Cutajar, li qal li l-proposta tal-PN hi li jsiru żewġ vapuri ġodda. Il-PN qed jipproponi wkoll li jikber il-Port tal-Imġarr. Hu tkellem ukoll fuq il-problemi tal-persuni b’diżabbiltà fin-nuqqas ta’ aċċessibbiltà fl-ispazji miftuħa partikolarment fuq il-bankini.
//= $special ?>