l-Istati Uniti reġgħet fetħet il-fruntieri tagħha għat-turisti li huma imlaqqma b’mod sħiħ għall-kontra l-Covid-19. Dan wara għoxrin xahar ta’ miżuri imposti mill-awtoritajiet.
Fi sforz biex jitnaqqas it-tixrid tal-pandemija, ir-restrizzjonijiet dwar l-ivvjaġar fl-Istati Uniti kienu ġew imposti fil-bidu tal-2020 meta faqqgħet l-imxija tal-Coronavirus madwar id-Dinja. Filfatt, il-fruntieri tal-Istati Uniti ingħalqu għal diversi turisti minn partijiet kbar tad-Dinja, inklużi minn pajjiżi fl-Ewropa, mir-Renju Unit, miċ-Ċina, mill-India u anka mill-Brażil.
Huwa mbassar li l-ajruplani li se jtiru lejn l-Amerika se jkunu mimlija bin-nies hekk kif dawn ir-restrizzjonijiet affetwaw miljuni ta’ persuni…li hafna minnhom kienu litteralment imblukkati fl-Ewropa.
Skond il-miżuri l-ġodda, il-passiġieri li se jsiefru lejn l-Amerika ser ikollhom jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin qabel ma jitilqu ghall-vjaġġ, kif ukoll jippreżentaw riżultat negattiv tat-test tal-Covid-19 li għandu jittieħed fi żmien tlett t’ijiem qabel ma ssir it-titjira. Dawn il-persuni mhux se jkollhom bzonn jaghmlu kwarantina.
//= $special ?>