Il-Ministru Irlandiż għall-Affarijiet Barranin Simon Coveney wissa li l-ftehim kummerċjali tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea kapaċi jikkrolla minħabba d-diżgwid ‘sinifikanti’ dwar l-Irlanda ta’ Fuq.
Dan meta r-Renju Unit jista’ qed jaħseb biex jissospendi partijiet tal-Protokoll għall-Irlanda ta’ Fuq, b’Coveney – Ministru tar-Repubblika tal-Irlanda –jindika li l-UE kapaċi tirreaġġixxi b’li tikkonkludi l-ftehim magħruf bħala Trade and Cooperation Agreement.
Coveney spjega li ċerti fatturi tal-ftehim huma marbutin flimkien u jekk naħa għandha twarrab għal fattur partikulari, dan kapaċi jwassal għal reazzjoni simili min-naħa l-oħra.
L-Irlanda ta’ Fuq, bħalissa, hi suġġetta għal ftehim speċjali ( ta’ Brexit) magħruf bħala l-Protokoll u li permezz tiegħu din il-provinċja għadha qed tifforma parti mis-suq ewlieni tal-UE għall-movimenti ta’ prodotti. Il-ftehim qed jevita fruntiera riġida jew hard border bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq waqt li jippermetti wkoll għal kummerċ ħieles mal-Unjoni Eworpea.
Fl-istess ħin, iżda, il-Protokoll anki qed joħloq ‘fruntiera’ bejn ir-Renju Unit u l-UE minn lat ta’ kummerċ u bis-sitwazzjoni qed toħloq il-problemi għal diversi negozji.
//= $special ?>