Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu jerġa’ jsir pubbliku u insista li d-deputati Laburisti Għawdxin għandhom jopponu l-għoti ta’ mawdar €20 miljun lil Steward meta dawn qed jonqsu mill-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Fil-parlament Chris Said tkellem dwar il-Ministeru ta’ Għawdex u qal li bejn is-snin 2004 u 2012 is-sehem ta’ Għawdex mill-budget kien ta’ medja ta’ 2.32 punti percentwali. Bejn l-2013 u l-2021 is-sehem ta’ Għawdex mill-budget kien ta’ 0.97 punti perċentwali; anqas min-nofs.
Chris Said qal li l-4,000 ħaddiem Għawdxi li jaħdmu f’Malta qed isibu diffikultajiet kbar biex jaqsmu lejn Malta u sostna li l-ikbar problema f’Għawdex hi n-nuqqas ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
Il-paga f’Għawdex qed tkun dejjem inqas minn dik f’Malta, għalkemm qed tiżdied. Għalhekk l-Għawdxin ifittxu xogħol f’Għawdex. Hemm ukoll problema li qed tibdel it-tessut soċjali ta’ Għawdex minħabba l-kirjiet baxxi li hemm f’Għawdex.
Dwar is-saħħa hu qal li l-Gvern m’għamel l-ebda riferenza għal dan is-settur fil-budget. Gvern Laburista għamel l-akbar ħadma fl-istorja; biegħ l-uniku sptar f’Għawdex. Issa hemm anzjani bla kundizzjoni u bil-COVID li jinsabu kollha fl-istess sala fl-Ispatr Ġenerali ta’ Għawdex.
Chri Said kompla li din il-ħadma daret f-2015 iżda minn dakinhar ‘l hawn ma kien hemm l-ebda deputat Laburista li tkellem ħlief il-Ministru Clint Camilleri li ħareġ jappoġġja dan id-deal korrott. Steward stess qed jammettu li dan hu ftehim korrott, sostna Chrs Said, li kompla li l-Gvern għandu jieħu l-isptar lura u jinvesti l-flus fl-isptar.
Hu kkritika l-fatt li fil-budget hemm indikat li Steward se jieħdu €20 miljun oħra; għalhekk id-deputati Labursti ma jistgħux jivvotaw favur dan il-budget. Id-deputati Laburisti ma jistgħux ikunu kompliċi bil-vot tagħhom. Suppost li Vitals u Steward sa Ġunju 2018 kellhom ilesti sptar ġdid ta’ 400 sodda; minn dan ma sar xejn.
Dan jikkonferma li hemm fuq xhix jitwaqqaf il-kuntratt ma’ Steward. Il-MUM ukoll qalet li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kienet falliment totali, sostna Chris Said, li appella biex jittieħdu l-azzjonijiet biex l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jerġa’ jsir sptar pubbliku.
Chris Said kompla li l-Awditur Ġenerali ikkonferma li dan id-deal ma jmissu sar qatt iżda wara sena ma sarx fejn propju għaliex kollox għadu kontrollat minn dawk li għamlu l-ftehim.
Dwar is-settur tax-xogħol, Chis Said qal li ma nħoloq l-ebda xogħol ta’ kwalità u kull ma ħoloq kien xogħol prekarju. Dan filwaqt li l-Gvern ħa eluf ta’ ħaddiema minn mal-privat u ħaddimhom mal-kuntrattur b’kundizzjonijiet ta’ prekarjat
Chris Said kompla li Gvern Nazzjonalista numru kbir ta’ toroq mill-ġdid iżda Gvern Laburista ma ġabx flus mill-UE għat-toroq f’Għawdex. Hu qal li l-cruise liner terminal, il-casino, il-marina tal-jottijiet, il-qorti ġdid, afforestazzjoni, il-break water ta’ Marsalforn, il-baga fix-Xlendi, triq alternattiva mill-Imġarr, il-parking fix-Xlendi, l-imħażen għad-dilettanti tal-karinval, l-Għar ta’ Calypso, Għar Gelduf, l-SME Hub fix-Xewkija, il-master plan għal diversi lokalitajiet, proġetti fuq bajjiet, akkomodazzjoni, id-dar tal-anzjani fin-Nadur u l-osservatorju astronomiku baqgħu ma sarux.
Id-dar tal-anjani f’Għajnsielem suppost ilha elsta sitt snin waqt li proġetti oħra għadhom ma tlestewx fosthom l-iskola ġdida fir-Rabat, il-pixxina fl-iskola ta’ Sannat, il-park and ride f’Ta’ Xħajma u ċ-ċentru akkwatiku.
//= $special ?>