L-Awstraljan Neil Robertson rebaħ l-Open tal-Ingilterra wara li fil-finali għeleb li John Higgins 9-8 f’finali mill-aktar drammatika. Robertson kien fil-vantaġġ 5-3 iżda Higgins rnexxielu jdawwar ir-riżultat għal 7-5 favurih fis-sessjoni ta’ filgħaxija.
Minkejja dan Robertson sforza decider wara li ġie minn 7-5 minn u 8-6 minn taħt, hu rnexxielu jirbaħ bi break ta’ 65 punt. Fl-ewwel kummenti tiegħu Robertson qal li lejn l-aħħar tal-partita rnexxielu juri l-aħjar logħob tiegħu. Min-naħa l-oħra l-finalist John Higgins qal li ma jaħsibx li fadallu x’jagħti f’dan il-livell tal-isnooker fejn faħħar lil Robertson għal-logħob li wera.
Din kienet it-tieni darba li Higgins tilef decider fi ftit xhur, wara li fl-Open ta’ l-Irlanda ta’ Fuq hu kien tilef kontra Mark Allen f’ċirkostanzi simili.
Robertson rebaħ 21 titlu u kien 12-il darba runner-up, fejn sar ukoll champion tad-dinja tal-isnooker fl-2010.
//= $special ?>