In-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic għeleb lir-Russu Daniil Medvedev 4-6 6-3 6-3 fil-finali tal-Masters ta’ Pariġi biex rebaħ is-sitt titlu f’Pariġi u 37 turnament tal-Masters fil-karriera tiegħu. Medevedev ċaħħad li Djokovic ir-rekord tal-erba’ Grand Slams f’sena waħda, meta għeleb lis-Serbjan fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti.
Sadanittant, iż-żewġ finalisti qalu li se jkunu qed jikkompetu fl-aħħar turnament tal-ATP Tour f’Turin, li jibda fl-14 ta’ Novembru, b’Medevedev se jkun qed iħares li jiddenfendi t-titlu li rebaħ is-sena l-oħra
//= $special ?>