Futbol Sport

Xavi preżentat bħala coach ta’ Barcelona

Fil-Camp Nou Xavi Hernandez kien ppreżentat uffiċjalment bħala l-coach ta’ Barcelona quddiem numru ta’ partitarji. Xavi jingħaqad ma’ Barcelona wara esperjenza ta’ sentejn ma’ Al Saad fil-Qatar fejn magħhom rebħa diversi unuri fl-aħħar snin.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Xavi qal li l-iskwadra u l-istaff tekniku iridu jaħdmu ħafna kuljum, fejn irid jilgħab bl-istil ta’ futbol li tant jemmen bih. Xavi irrimarka li l-fatt li jiġi mqabbel ma’ Pep Guardiola huwa xi ħaġa pożittiva, hekk kif hu l-aqwa coach fid-dinja.

Xavi saħaq ukoll li se jagħmel dak kollu possibli biex jikseb ir-riżutlati mixtieq fit-tmexxija tat-tim ta’ Barcelona, fejn se jipprova jgħin lil dan it-tim żgħażugħ bl-esperjenza tiegħu.