Ambjent Lokali

Xogħol ta’ twaqqigħ u skavar issa jista’ jsir waranofsinhar

Il-Gvern ħabbar li minn għada se jinbidlu l-ħinijiet għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ u ta’ skavar.

Dan ifisser li l-ħinijiet se jinbidlu minn kif qegħdin illum, jiġifieri bejn it-8am u s-2pm u bejn l-4pm u t-8pm, u jsiru bejn is-7:30am u l-4pm. Fi stqarrija, il-Gvern qal li dawn il-bidliet se jkunu ppubblikati f’avviż legali.

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius, qalu li b’din il-miżura “qed tinstema t-talba tal-familji biex jitnaqqas l-inkonvenjent u l-istorbju.” Iżda fir-realta’, dan ifisser li l-iskavar se jibqa’ jkun permess anke fil-ħinijiet ta’ waranofsinhar.

Ikkummenta