Ħabib ta’ raġel Egizzjan bl-isem ta’ Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed li nqatel f’Għawdex fil-15 ta’ Jannar tal-2018 qal li jinsab dispjaċut li ma weġibx telefonata tal-vittma ġurnata qabel l-inċident. Derrick Vella qal li huwa jinsab ċert li l-Eġizzjan ried ikellmu għax kien kien jinsab fl-inkwiet.
Dan ħareġ meta fil-Qorti ta’ Għawdex kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Aleksander Stojanovic (ritratt), Serb ta’ 42 sena, li qiegħed jiġi akkużat li qatel lil Motaleb Mohammed li nstab b’għonqu mħanxar f’għalqa fl-Għarb. L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech Derrick Vella qal li l-vittma kien kellmu tliet ijiem qabel ma miet u qallu li kien irċieva telefonata minn persuna li ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti u talbu l-flus għad-droga li kien diġa’ tah. Il-vittma hawn kien qallu li kien stieden lill-persuna li talbu l-flus biex jiltaqgħu f’Għawdex stess.
Vella qal li kien jaħdem mal-vittma bħala ‘freelance’ li xehed ukol li kien jara lill-akkużat madwar sitt snin ilu jgħaqqad it-tyres tal-karozza. Waqt il-konto-eżami huwa qal li ma kienx idejqu u li qatt ma rrappurtah lill-Pulizija.
Meta kien fuq il-pedana tax-xhieda ix-xhud beda jibki għax saħaq li lejliet li miet il-vittma, kien ċempillu u ma qabdux u kien ċert li se jgħidlu li kien jinsab fit-‘trobule’. Qal ukoll li ma jistax jiftakar fejn iltaqa’ mal-vittma l-ewwel darba. Pero qal li qatt ma rah jieħu d-droga iżda jaf li kellu problemi mal-Pulizija.
Qal ukoll li ma kienx iltaqa’ miegħu l-Qorti minkejja li hu wkoll kien midħla tal-Qorti u saħaq li kellu l-Qorti fuq serqa li kienet saret fl-2015. Il-Qorti talbet biex isiru aktar investigazzjonijiet mill-Pulizjadwar dan il-każ. Il-każ ikompli nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Novembru. Għas-Serb qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb.
L-avukat Arthur Azzopardi qed jidher f’isem il-familjari tal-vittma. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukati Etienne Savona u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li minn naħa tal-Pulizija qed imexxu s-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>