Għad hemm id-differenzi kbar bejn dak li teħtieġ id-dinja fil-ġlieda tagħha kontra l-bidliet fil-klima u dak li kien aċċertat s’issa waqt is-summit ta’ Glasgow (COP26) li qed jindirizza l-impatt sinifikanti tal-bidliet fil-klima għall-pajjiżi.
Fil-fatt, Patricia Espinosa, bħala s-Segretarja Eżekuttiva tal-Framework Convention on Climate Change tan-Nazzjonijiet Uniti, ma taħsibx li t-taħditiet tal-COP26 se jilħqu jsolvu d-differenzi din il-ġimgħa. Hi lanqas ma tistenna li s-summit se jwassal għal xi żblokk storiku li jilqa’ il-miri stabbiliti għat-tnaqqis fil-gassijiet u l-finanzjament tal-impenji biex id-dinja, fost oħrajn, iżżomm il-global warming taħt kontroll.
Sadanittant, mal-biljun persuna kapaċi jkunu affettwati mis-sħana fatali u l-umdità f’sitwazzjoni fejn it-temperaturi globali jitlgħu b’żewġ gradi Celsius ‘il fuq mil-livelli stabbiliti qabel l-era industrijali.
Fl-istess ħin, l-aħħar taħditiet tal-COP26 trattaw numru ta’ issues – fosthom teoriji dwar kif ix-xjenza kapaċi tintuża biex jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżi tal-klima.
Dan meta nstab ukoll li n-nisa u l-bniet qed ikunu affettwati fuq livell sproporzjonali mill-bidliet kontinwi fil-klima.
L-iskop ta’ COP26 hu biex jaċċerta li d-dinja ma tippermettix li t-temperaturi globali jaqbżu l-1.5 gradi Celsius matul dan is-seklu. Intant, ix-xjenzjati qalu li ‘id-dinja kapaċi tevita l-agħar effetti tal-global warming jekk kemm-il-darba tirrispetta t-tragwardi u l-obbligi tagħha fid-dawl tal-kriżi’.
//= $special ?>