Coronavirus Lokali

COVID-19: 35 każ ġdid; Jiżdiedu l-pazjenti fl-Isptar

Għal ġurnata oħra, il-każi ġodda komplew jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 35 każ ġdid ta’ COVID-19. Dan filwaqt li fiequ 10 persuni oħra biex b’hekk it-total ta’ każi attivi żdied għal 406.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta reġgħu żdiedu l-każi attivi hekk kif il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li bħalissa hemm 13-il pazjent rikoverat fl-Ipstar Mater Dei,  b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħataw kura għal sintomi li qed jesperjenzaw kawża tal-virus.

Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mewta biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittma ta’ dan il-virus baqgħet dik ta’ 462.

Intant sat-Tnejn, ingħataw 62,037 doża tal-booster.